Il-Gvern se jissokta fit-tħejjijiet biex pajjiżna jkollu impjant ta’ Waste to Energy li jiflaħ għall-ammont ta’ skart f’pajjiżna, biex jingħalaq darba għal dejjem l-impjant ta’ Sant Antnin.
Fil-baġit għall-2020 ġew ivvutati fondi biex l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi żżid il-programmi u studji ambjentali dwar it-trabijiet fl-arja u r-reviżjoni tal-istrateġija dwar il-biodiversità.