Bħalissa huwa l-aqwa zmien għat-għasir tat-tadam. Hekk iddeskriva dan il-perjodu John Magro, wieħed mis-sidien ta’ fabbrika ewlenija f’Għawdex li tipproduċi prodotti magħmulin mit-tadam.
Fi żjara tas-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri nnutajna numru ta’ bdiewa Għawdxin li minkejja x-xemx tiżreġ fuq rashom komplew bil-ħidma tagħhom fil-qtugħ tat-tadam.
Dehret ċara d-dedikazzjoni ta’ dawn il-bdiewa li sena wara sena ikunu qed jistennew dan iż-żmien biex wara staġun ta’ ħidma jkunu jistgħu ibigħu l-prodotti tagħhom u jgħadduhom għall-ipproċessar.
Emanuel Bartolo, kordinatur ta’ kumpanija ewlenija fl-ipproċessar tat-tadam, spjeg