It-tim nazzjonali Malti tan-Nisa qed jipprepara biex jagħti bidu għall-kampanja tiegħu fi Grupp C2 tal-UEFA Nations League.
Malta se tiffaċċja lil Ċipru barra minn darna, nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-6.00pm biex imbagħad, nhar it-Tlieta li ġej, 25 ta’ Frar, il-Maltin jospitaw lil Andorra, fis-Centenary Stadium, fis-7.30pm.
Il-coach nazzjonali, Manuel Tesse, iffinalizzat l-iskwadra tagħha ta’ 23 player għaż-żewġ impenji ta’ dan ix-xahar. L-għażla tal-iskwadra tirrifletti l-intenzjoni ta’ Tesse li ssib bilanċ bejn players ta’ esperjenza u dawk ġodda promettenti hekk kif Malta qed tfittex li tibni fuq il-momentum riċenti tagħha.
Wara wirjiet impressjonanti fl-aħħar kampanja tal-UEFA Nations League, fejn spiċċaw fl-ewwel post ta’ Grupp C1 u kisbu l-promozzjoni għal League B, it-tfajliet jinsabu ħerqana biex jerġgħu jagħmlu l-marka tagħhom.
L-iskwadra finali ta’ 23 player hija din:
Goalkeepers – Maya Cachia (Birkirkara FC), Janice Xuereb (Birkirkara FC).
Difensuri – Rebecca Bajada (Mgarr United FC), Fiona Buttigieg (Luton Town Ladies FC, Ingilterra), Jessica Dimech (Hibernians FC), Oceane Grange (RC Roubaix Wervicq Feminin, Franza), Emma Lipman (Genoa FC, Italja), Maya Lucia (AP Orlens Gdansk, Polonja), Valentina Rapa (Birkirkara FC), Emma Xuereb (Swieqi United FC), Charlene Zammit (Birkirkara FC).
Midfielders – Jana Barbara (FC Schalke 04, Ġermanja), Yulya Carella (Mgarr United FC), Rachel Cuschieri (Genoa FC, Italy), Alexandra Gatt (Durham Cestria, England), Nicole Sciberras (Hibernians FC), Gabriella Zahra (Birkirkara FC), Shona Zammit (Swieqi United FC).
Attakanti – Haley Bugeja (FC Internazionale Milano, Italja), Alishia Cassar (Birkirkara FC), Lexine Farrugia (AS Roma Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sheffield United FC, Ingilterra), Kailey Willis (Venezia FC Femminile, Italja).