Triq tal-Papa f’Birżebbuġa hija fost l-ewwel toroq li qed tirranġa l-aġenzija tal-gvern Infrastruttura Malta.
Il-parti rurali tat-triq hija lesta filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol fil-parti residenzjali.
Malta bbenefikat minn fondi Ewropej ta’ madwar €10 miljun għal toroq rurali filwaqt li l-gvern qed jalloka fondi biex it-toroq jitlestew kompletament.
Il-Ministru għall-infrastruttura Ian Borg innota li toroq rurali inaqqsu l-inkonvenjent fiċ-ċentru tal-lokal.
Il-Ministru Borg qal “hawnhekk f’birżebbuġa u aktar kmieni llum anke żorna marsaxlokk qegħdin naraw toroq rurali, però, toroq rurali li jgħaqqdu partijiet oħrajn tal-istess lokalità f’dan il-każ, birżebbuġa . U mhux biss jissarfu f’toroq aħjar imma anke jissarfu f’sistemi ta’ traffiku aħjar u allura n-nies jistgħu jaqsmu għal parti oħra tar-raħal b’inqas inkonvinjent u inqas konġestjoni fil-qalba tal-lokalità. U dawn irridu nkompli nisfruttawhom b’mod pożittiv.”
Roderick caruana, il-project manager ta’ dawn ix-xogħlijiet, qal li infrastruttura malta ikkonsultat ma’ diversi entitajiet bħall-enemalta, il-water services u kumpaniji tal-komunikazzjoni biex isiru l-pjanijiet qabel ma’ titlesta t-triq.
Caruana qal “waqt ix-xogħlijiet kien hemm ukoll xi żviluppi fejn inqalgħu ċeru affarijiet li ma kinux previsti u rajna kif daħħalnihom. Dana mhux biex sabiex issir it-triq u mbgħad wara jkollu jinqala x-xogħol”
Is-sindku ta’ birżebbuġa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għax-xogħol li qed isir f’isem ir-residenti.
Cutajar qal li “minħabba din it-triq, ir-residenti huma kuntenti ħafna għax dawk li joqogħdu l-area tal-papa u li jkunu se jiġbdu lejn ħal far qed isibuha konvinjenti ħafna għalihom. Barra minn hekk din swiet ukoll biex inaqqsu t-traffiku minn fil-qalba ta’ Birżebbuġa.”
Malli titlesta triq tal-papa se titkompla l-parti residenzjali ta’ triq tal-ġebel. Il-parti rurali tal-istess triq saret ukoll mill-programm tal-fondi ewropej għal toroq rurali.