L-Enemalta qed tagħmel l-almu tagħha biex tillimita iktar qtugħ fil-provista tad-dawl filwaqt li fl-istess ħin tinvestiga u ssolvi l-problema li nħolqot fl-interconnector.
Saħqet dan l-Enemalta f’laqgħa li kellha mal-GRTU, fid-dawl ta’ problemi fil-provista li nqalgħu fl-aħħar jiem. Matul il-laqgħa ġie spjegat fid-dettall x’wassal għall-qtugħ fil-provista tad-dawl.
Min-naħa tagħha l-GRTU ressqet diversi proposti; fosthom investiment f’sistema ta’ ħażna tal-elettriku kif ukoll konnettività akbar mal-grid tal-enerġija Ewropew.
L-Enemalta sostniet li qed tħares lejn investimenti bħal dawn u diġà bdiet tagħmel xi studji dwar il-vijabilità u dwar liema soluzzjoni tkun l-iktar waħda fattibbli għal pajjiżna.