Raġel ta’ 66 sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-16:30 fi Triq il-Qrendi, is-Siġġiewi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn karozza tat-tip Daihatsu misjuqa minn raġel ta’ 66 sena li joqgħod s-Siġġiewi u vann ta’ tip Hino Dutro misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Siġġiewi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 66 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.