Fil-Jum Dinji tat-Tfal, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, nieda ‘VUĊI’ jew ‘Valuing and Understanding Children’s Impact’, li hi għodda informatika innovattiva bħala mezz biex tgħin tinġabar informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u l-adulti f’policies relatati.
Waqt konferenza li ttellgħet, tħabbret ukoll il-Viżjoni Strateġika għat-Tfal 2024-2030, li għandha l-għan li tissalvagwardja l-benesseri, id-drittijiet u l-parteċipazzjoni tat-tfal, waqt li tagħti appoġġ lill-familji bit-tfal u t-trobbija tagħhom.
Il-Ministru Falzon fakkar li, bit-tibdil li kien hemm fil-liġi, ingħatat aktar saħħa lill-professjonisti biex jaraw l-aħjar interessi tat-tfal biex ikollhom l-aqwa trobbija possibbli.
Fl-istess okkażjoni tkellmet ukoll Marie-Cécile Rouillon, il-Kordinatriċi tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li faħret lil pajjiżna għall-passi kbar li saru fis-settur, inkluż il-Vot 16 li, permezz tiegħu, ingħatat l-opportunità lill-adoloxxenti jsemmu leħinhom fl-għola livell fil-pajjiż.