Grupp ta’ persuni ser ikunu qed jiddiskutu u jixtarru kif l-edukazzjoni ser tkun qed tinbidel f’pajjiżna fiż-żmien li ġej fid-dawl tal-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna. Madankollu, id-diskussjoni mhux ser tkun limitata għall-impatt tal-imxija tal-Coronavirus iżda l-grupp ser ikun qed iħares lejn it-tajjeb li hemm fis-sistema edukattiva f’pajjiżna u ser ikun qed jara kif itejjeb din is-sistema fiż-żmien li ġej.
It-‘think tank’ ser ikun magħmul mill-Professur Edward Debono, il-Professur Richard England, Dr Frank Fabri, is-Sinjura Joanne Grima, is-Sinjura Julianne Grima, is-Sur Frederick Schembri u l-Perit David Xuereb.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Owen Bonnici stqarr li dan il-grupp ser jingħata s-sostenn operattiv kollu biex imexxu l-quddiem l-ħidma tagħhom bi kreattività u sabiex jiffinalizzaw rapport sa nhar it-Tnejn 14 ta’ Settembru.