Maħdum fuq is-sensiela ta’ kotba Fifty Shades of Grey miktuba minn E.L. James u li għamlu suċċess fl-2011, imiss li għal festa ta’ San Valentinu li jmiss, jibda jintwera’ fis-swali tat-tapit l-aħmar, Fifty Shades Darker. Wara sentejn ta’ stennija illum kien imħabbar l-ewwel trailer ta’ dan il-film li qanqal lil dawk li qraw il-ktieb mimli passjoni minn lenti ta’ awtriċi mara.
Fifty Shades Darker se jkompli mal-ewwel film minn din is-sekwenza, jiġifieri meta Anastasia, tħalli lill-biljunarju Christian Grey.
It-trailer jibda b’xeni ta’ Christian Grey, irwol interpretat minn Jamie Dornan, jilbes maskra sewda li tgħattilu għajnejh, filwaqt li l-poster juri lill-istess Grey ilibbes maskra lil Anastascia Steele, interpretara minn Dakota Johnson, qata’ l-għatx tas-segwaċi li matul dawn is-snin qraw is-serje letterarja u li wara li fl-għaxra ta’ Frar 2017 jinħareġ dan il-film se jkunu minn tal-ewwel li jimlew is-swali taċ-ċinema u wara se jkollhom mill-ġdid jistennew sena oħra biex joħroġ it-tielet film Fifty Shades Freed fid-9 ta’ Frar 2018.