Ġie estiż is-servizz tal-kura paljattiva hekk kif issa qed jiġi offrut lill-anzjani fir-residenza ta’ San Ġużepp fil-Fgura.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.
Il-kura paljattiva f’pajjżna kienet ġiet imnedija bħala studju pilota fid-Dar Residenzjali tal-Imtarfa f’April 2022 u kienet ġiet estiża f’numru ta’ djar oħra.
Ġie spjegat kif il-kura paljattiva tingħata lir-residenti li jkunu qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika kif ukoll min ikun qed ibati minn mard kardjovaskolari, kanċer, tuberkulożi li m’hemmx kura għaliha, ħruq sever, trawma akuta, jew fraġilità estrema tax-xjuħija.
Is-Segretarju Parlamentari Agius Galea spjega kif bl-introduzzjoni ta’ dan is-servizz ta’ kura paljattiva fid-djar residenzjali, qed jiġi evitat ukoll li l-anzjani residenti jiġu trasferiti fl-isptarijiet għal din il-kura.
Qal, “Kura paljattiva hija dik il-kura li jkollha bżonn persuna mhux bilfors anzjna imma f’dan il-każ qed nitkellmu fuq l-anzjani, li twassal li dak li jkun inżommuh kalm kemm jista’ jkun fl-aħħar mumenti fejn il-mard ikun laħaq ċertu stadju avvanzat ħafna u nkunu rridu nżommuh kemmjista jkun kuntent, kalm u seren.”
Bħalissa fir-Residenza San Ġużepp hemm seba’ residenti li se jibbenifikaw minn din il-kura.
Fil-fatt, sar taħriġ lil 17-il infermier u 58 carer li jaħdmu f’din id-dar residenzjali u nxtara apparat mediku biex jintuża waqt dan it-trattament.