Servizz ġdid ta’ ċċarġjar veloċi għal vetturi elettriċi għadu kemm tnieda fiċ-charging depot tal-Malta Public Transport e-bus fil-Furjana, b’sitt charging points aċċessibbli kuljum bejn id-9:00 ta’ filgħodu u s-6:00 ta’ filgħaxija.
Il-klijenti jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz billi jniżżlu l-applikazzjoni EVPoint – Change Forward u jiċċarġjaw il-vettura tagħhom kompletament bejn nofs siegħa jew siegħa u nofs, jiddependi mill-vettura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vetturi jistgħu jibgħu pparkjati fil-punti tal-iċċarġjar sa nofs siegħa wara li jkunu ċċarġjaw kompletament. Dan il-limitu jinkoraġġixxi aċċess ġust għal kulħadd u fl-istess waqt jgħin biex jakkomoda kemm jista’ jkun utenti matul il-ġurnata.