“Kienet miegħi l-ħin kollu kull tip ta’ sitwazzjoni li kelli ġieli anka s-Sibt ċemplitli. Meta dħalt il-ħabs l-ewwel ma ġiet hi. Li ma ġietx hi ma kontx inkun naf xejn x’kien qed jiġri speċjalment barra. Il-kommunikazzjoni keinet b’saħħitha, nitkellmu fuq kollox.”
Dan kien is-sentiment li esprimiet familja partikolari lejn is-servizz ta’ terapista d-dar li bdiet toffri l-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali fl-2015.
Is-Sur Alfred Grixti, il-Kap Eżekuttiv spjega li huma qed joffru s-servizz ta’ social workers li jassistu lil dawk il-familji li l-aktar ikollhom bżonn:
“L-għan tal-home based therapeutic therapy hija li nagħtu għajnuna lill-familji li l-kelma teknika hija li multi-stressed, li jkollhom ħafna problemi mhux problema waħda u qegħdin jotru taħt din il-problema”.
F’seminar organizzat il-Ħamis filgħodu, numru ta’ esperti u professjonisti f’dan il-qasam iltaqgħu biex jiddiskutu aktar dwar x’qed isir preżenti u x’jista jitjib.
Ic-chairperson tal-Fondoazzjoni Joe Gerada spjega li n-nies qed ikunu iktar komdi meta it-terapista tmur f’darhom. Dan wassal ukoll biex is-servizz wasal għand familji vulnerabbli li kieku t-terapista ma tmurx id-dar, ma kienux se jfittxu għajnuna:
“In-nies qegħdin iħossuhom aktar komdi meta inti tmur f’darhom. Minflok huma jiġu fl-uffiċċju tiegħek inti tmur fuq għandhom, tajba għat-terapista għax jifhem iktar l-ambjent, imma iktar importanti huwa li niffukaw iktar fuq il-klijent”.
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ppubblikat waqt is-seminar juri li matul is-sena li għaddiet, kien hemm erbatax-il familja li għamlu użu minn dan is-servizz bil-maġġoranza tal-każi jkunu mir-reġjun tat-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon faħħar is-suċċess ta’ dan il-programm u qal li dan wassal għal tnaqqis fil-Care Orders tul dawn l-aħħar snin.