Għadu kien ġie mniedi programm ta’ residenza għall-persuni li se jibdew start-ups f’Malta u li jkunu ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.
Dan se jkun qed jagħti permess ta’ residenza ta’ 3 snin bil-possibiltà ta’ estensjoni għall-5 snin għall-fundaturi ta’ start ups li huma intraprendituri barranin li ġejjin minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea.
Il-ħaddiema tal-istart ups, li wkoll ġejjin minn pajjiżi barra mill-UE jgawdu minn 3 snin estensjoni apparti t-tliet snin inizjali.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli flimkien mal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri waqt l-istart up festival li qed isir bejn illum u għada.
Il-Ministru Dalli qalet li dan huwa pjan rigoruż għal min jappllika; u jmur lil hinn mill-iffinanzjar li diġà tati l-Malta Enterprise. Fil-fatt, se tkun qed tgħin għall-iżvillupp tal-intrapriża.
Il-Ministru appellat lil xjentisti, inġiniera u artisti fost oħrajn biex jiġu hawn Malta u jnibtu l-idea tagħhom fi start up f’pajjożna li joffri eko sistema b’saħħitha biex l-intrapriżi ġodda jirnexxu.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri, f’messaġġ irrekordjat qal li Pajjiżna diġà għandu ekosistemi u politika li tippromwovi d-diversità, l-ispeċjalizzazzjoni u l-innovazzjoni.
Il-Ministru Camilleri żied jgħid li l-fatt li waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ pajjiżna hu l-Ingliż, u dan huwa ta’ benefiċċju kbir għall-imprenditaturi prospettivi.
Dan il-programm se jkun immexxi b’kooperzzjoni bejn il-Malta Enterprise u Residenza Malta.