Tnieda l-prospett tal-Giovanni Curmi Higher Secondary School, għas-sena skolastika li ġejja.
Dan jinsab online sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jilħquh b’mod aħjar, fis-sit elettroniku gchssprospectus.com.
F’dan il-prospett, li hu mżewwaq b’opportunitajiet diversi, l-istudent jinsab fiċ-ċentru. Matul is-sajf, il-GCHSS qed toffri wkoll opportunità għal sessjonijiet ta’ konsultazzjoni lil dawk interessati ma’ Tim ta’ Gwida u Pariri tal-iskola.
L-appuntamenti għal dan il-għan jistgħu jsiru fuq 21431407 jew b’email: gchss.guidance@ilearn.edu.mt.
Il-kampus se jkun miftuħ għall-istudenti prospettivi mhar l-Erbgħa, 21 ta’ Ġunju 2023 mill-għaxra sa nofsinhar u mis-sitta sat-tmienja. L-istudenti jistgħu jirrikorru wkoll għas-sit elettroniku jew il-paġna ta’ Facebook tal-Iskola.
L-ewwel sejħa għall-applikazzjonijiet tiftaħ fl-20 ta’ Lulju u tagħlaq fl-14 t’Awwissu. It-tieni sejħa tiftaħ f’nofs Settembru.
Preżenti għat-tnedija kien hemm, fost l-oħrajn, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, u l-Kap tal-Iskola, Anna Spiteri.