Tnieda l-prospectus il-ġdid tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, b’għadd kbir ta’ courses li jaraw aktar minn għaxar telef applikant fis-sena.
Waqt it-tnedija l-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li permezz ta’ dawn il-korsijiet, il-Gvern qed jagħmilha dejjem eħfef biex dak li jkun jitgħallem.
Saħaq li issa mhux biss qed tiġi offruta l-opportunità li dak li jkun isir aktar impjegabbli, iżda wkoll li jilħaq il-miri personali tiegħu.