Ġie mniedi l-prospectus tal-Kulleġġ Giovanni Curmi Higher Secondary School.
Dan huwa r-raba’ prospectus minn din l-istituzzjoni, li b’differenza minn programmi ta’ tagħlim oħra, huwa mfassal kollu kemm hu mill-edukaturi tal-istess kulleġġ, u mhux impost minn xi ħadd.
Is-Surmast tal-Kulleġġ qal li dan fis-sena jilqa’ iktar minn elfejn student, u allura nħasset il-ħtieġa li jkomplu jbiddlu u jżommu lill-Kulleġġ ħaj u innovattiv.
Ġie spjegat kif apparti għadd kbir ta’ programmi, ġie mniedi programm apposta għal studenti atleti. Dan bil-għan li dawn ikunu jistgħu jitħarrġu fl-isport tagħhom b’mod fultajm, waqt li jibqgħu jitgħallmu meta jkunu jistgħu.
Fl-istess waqt se jiġu megħjuna wkoll dawk li jridu jitgħallmu t-tielet lingwa, jew lingwa li jkunu bdew iżda ma komplewx fis-sekondarja.