Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nediet Programm Tbissima. Dan se jkun servizz ta’ ċentru wara l-ħin tal-iskola fil-Marsa li se jibda mix-xahar id-dieħel.
Dan il-programm se jkun imtella’ mill-President’s trust flimkien mar-right 2 smile u l-Fondazzjoni Alfred Mizzi.
Il-programm se joffri ċentru għaż-żgħażagħ Marsin ta’ bejn is-sebgħa u l-erbatax -il sena fl-iskola primarja tal-Marsa fejn filwaqt li jingħataw l-għajnuna meħtieġa fix-xogħol akkademiku tad-dar ikunu jistgħu jiffurmaw il-programm huma stess skont l-interessi tagħhom.
Tkellimna mad-Direttur tal-President’s Trust, Sarah Borda Bondin li sħħqet li dan il-programm se jagħti lok biex it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu parteċipanti attivi.
Huwa programm li nixtiequ li ż-żgħażagħ ikunu parteċipi attivi. Voldieri jkunu huma li jgħidulna x’jixtiequ jaraw fil-komunitá, kif jistgħu jinvolvu ruħhom fil-komunitá.
Id-Direttur tar-Right2Smile, Damian Attard saħaq kif programmi bħal dawn huma fundamentali għas-soċjetà Maltija.
Jien nemmen li għandna bżonn nikrejaw spazju għaż-żgħażagħ ġol-komunitajiet tagħna ġewwa Malta fejn iż-żgħażagħ jista’ jkollhom il-vuċi tagħhom fejn tinstema, fejn ikollhom l-għodda biex ikunu jisthgħu jipparteċipaw b’mod posittiv fil-komunitá u nemmen li programm tbissima ħa joffri din l-opportunitá.