Imnedi għal darb’oħra il-premju Soċjetà Ġusta, liema premju jirrikonoxi l-ħidma ta’ persuni b’diżabiltà fil-komunità.
Dettalji dwar dan ingħataw mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, li spjegat li tixtieq tara persuni b’dizabiltà jinnominaw persuni oħra bi bżonnijiet simili.
Se jkun hemm bord magħmul minn diversi membri li jaħdmu fis-settur tad-dizabiltà kif ukoll minn ġurnalisti li jiddeċiedi dwar l-għażla finali.
Is serata finali se tkun nhar it-tlieta ta’ Diċembru.