L-Orkestra nazzjonali ta’ Malta nediet l-istaġun mużikali tagħha għas-sena 20/21. Dan l-istaġun se jkun fih varjetà mużikali.
Se jinħarġu 3 produzzjoni f’sebat ijiem li huma miġbuda f’postijiet different madwar il-gżejjer Maltin.
Il-produzzjoni Ħaġar Qim ta’ Joseph Vella qed tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-okkażjoni tal-ġimgħa għas-servizz pubbliku. Din il-produzzjoni se ssir fit-tempji neolitiċi ta’ Ħaġar Qim u fiha se jieħdu sehem: Rebecca Hall, John McDonough, Daniel Cauchi u ż-żeffien Moritz Zavan Stoeckle.
Ix-xogħol ta’ Joseph Vella Rebbieħa se jkun irrekordjat taħt l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fil-forti Sant’ Iermu u se jkollha d-direzzjoni tas-Surmast Kevin Abela.
Din is-sena l-produzzjoni l-Kunċert tal-Indiependenza se jittella’ b’mod virtwali u se jkollu d-direzzjoni artistika ta’ Ruben Zahra. Fih se jieħdu sehem il-Vjolinista Stefan Callejla u Surmast Michael Laus tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Din se titella’ bil-kollaborazzjoni ta’ Fesivals Malta taħt il-Patroċinju tal-President George Vella.