L-Għaqda Ġurnalisti Sports u Atlas Insurance se jniedu uffiċjalment il-votazzjoni tal-pubbliku għall-Atlas Atleta Żagġżugħ/a tas-Sena 2022 għal bejn it-13 u l- 25 ta’ Jannar.
L-atleti żgħażagħ rebbieħa tal-premju tax-xahar matul is-sena 2022 huma elliġibli għal dan il-premju prestiġjuż annwali, li huwa magħmul mill-voti tal-panel ta’ ġurnalisti flimkien mal-pubbliku.
Il-voti tal-ġurnalisti se jkollhom 60% sehem tal-voti filwaqt li l-pubbliku għandu 40% meta jivvota mill-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance: www.facebook.com/atlasmalta/
L-atleti eliġibli għall-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022 huma:
Jeremy Zammit (Athletics – Long Jump) – Jannar
Nicolai Bonello (Athletics – Pole Vault) – Frar
Kai Azzopardi (Triathlon) – Marzu
Mireya Cassar (Athletics – Thrower) – April
Luke Bonello (Table Tennis) – Mejju
Tenishia Thornton (Weightlifting) – Ġunju
Matthew Galea Soler (Athletics – Runner) – Lulju
Malta U/16 Men’s Water Polo National Team – Awwissu
Lijana Sultana (Squash) – Settembru
Chaylon and Jake Castaldi (Blackball) – Ottubru
Nicholas Muscat (Bowling) – Novembru
Nick Mercieca (Para Rowing) – Diċembru
“Aħna ninsabu onorati u kburin li kellna sehem importanti fir-rikonoxximent tat- talenti u tas-suċċessi miksuba mill-atleti żgħażagħ u emerġenti matul is-sena, bis-sapport ta’ dawn il-premijiet. Bħala kumpanija, nemmnu fil-valuri tad-dedikazzjoni, passjoni u rispett fl-isport – li huma valuri li jaqblu eżatt mal-valuri tagħna.” Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance.
“Bis-sħubija tagħna mal-Għaqda Ġurnalisti Sports, aħna nemmnu li qed nagħmlu l-parti tagħna biex ninkoraġixxu liż-żgħażagħ Maltin biex ikunu attivi fl-isport, għall-ġid tagħhom infushom u tal-kommunità li jgħixu fiha. Aħna nawguraw lir-rebbieħa kollha ta’ kull xahar għal dan il-prmeju mistenni tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022.”
Ir-rebbieħ/a se jitħabbru fi Frar, fejn issir il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dan it-trofew prestiġjuż tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022.