Tnieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika li għandu l-għan li jixpruna rappreżentanza aktar ugwali fil-ħajja pubblika u fil-politika.
Il-Professur Carmen Sammut spjegat kif il-proposti li huma erbgħa jitkellmu dwar siġġijiet addizzjonali li tinkludi emendi legali u kostituzzjonali li jippermettu siġġijiet addizzjonali għas-sess sotto-rappreżentat li jkun kiseb anqas minn 40 fil-mija tas-siġġijiet parlamentari f’elezzjoni ġenerali.
Qalet li dan il-mekkaniżmu jibda jitħaddem kull meta wieħed mis-sessi jikseb anaqas minn 40% tas-siġġijiet parlamentari.
Spjegat li b’dan il-mekkaniżmu jiżdiedu massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali riservat għal kandidati mis-sess sotto-rappreżentat li jkunu kkontestaw l-elezzjoni iżda ma jkunux telgħu bil-proċess eżistenti. Qalet li kieku kellha titħaddem fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien ikollna 22 mara fil-Parlament flok għaxra kif għandna llum.
Qalet li l-proposta taħseb biex minn 14 fil-mija, ir-rappreżentanza tan-nisa toqrob lejn rappreżentanza bilanċjata ta’ 40 fil-mija.
Qalet li f’każ li ż-żewġ sessi jaqbżu l-40 fil-mija, il-mekkaniżmu ma jkunx meħtieġ u ma jiskattax.
F’każ li jkun hemm ċirkostanzi fejn fil-Parlament jiġu eletti anqas minn 40 fil-mija rġiel, il-mekkaniżmu jiskatta awtomatikament favur l-irġiel. Qalet li f’każ li jkun hemm bżonn 12-il siġġu, sitta jmorru għall-Gvern u sitta jmorru għall-Oppożiozzjoni biex ma jiċċaqlax il-bilanc u r-rieda tal-poplu.
Spjegat li s-siġġijiet addizzjoni se jintgħażlu permezz ta’ dawk li jissejħu voti moħlija. Spjegat li l-mekkaniżmu korrettiv tal-Ġeneru li jiġi applikat wara li jingħaddu l-voti u ħarġu r-riżultati kollha, ikun li l-kandidati mdendla mis-sess sotto rappreżentat jiġu eletti l-ewwel.
Hemm it-tieni tip ta’ voti moħlija. Qal li l-kumitat qed jipproponi li jinfetħu l-pakketti tal-kandidati mdendla rġiel u jingħaddu l-voti tan-nisa biex naraw jiġu eletti nisa minn din is-sistema.
It-tielet tip ta’ voti moħlija huma ta’ kandidati li jkunu telgħu b’elezzjoni każwali li ħafna drabi ma jiġux użati. Qalet li l-pakkett tal-kandidat li jkun tela’ b’elzzjoni każwali issa għandhom jinfetħu biex bihom jiġu eletti l-kandidati nisa u qed naħsbu li b’dan il-mod jiġu eletti 12-il mara.
Għandu jkun hemm klawżola li wara 20 sena il-leġislatur jikkonsidra jżommx jew iwaqqaf dan il-mekkaniżmu.
It-tieni proposta tinkludi li tinħatar kummissjoni li tfassal pjan strateġiku dwar il-ġeneru li foshtom oħrajn toħloq kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ mainstreaming tal-ġeneru fil-liġijiet u policies kollha u rappreżentanza bilanċjata fil-Kumitati Parlamentari kollha, kemm bħala membri kif ukoll fl-irwol ta’ president u l-ħinijiet. Tinkludi wkoll diskussjoni dwar il-possibilità li backbenchers jagħżlu li jaħdmu full-time.
Dr Sammut qalet li biex ikollna aktar nisa jikkontestaw l-elezzjoni, qed jiġi propost li jsiru emendi fil-liġi tal-finanzjament tal-partiti li jiftħu t-triq biex il-partiti japplikaw għall-fondi biex iħarrġu lin-nisa fil-politika. Qalet li kull min jikkwalifika ghal dawn il-fondi jird jagħmel rapport lill-Kummissjoni Elettorali u li erbgħa minn kull ghaxra jkunu nisa.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dawn il-proposti pożittivi u ambizzjużi se jwasslu biex ngħixu f’soċjeta li tħaddan l-inklużjoni.
Saħaq li l-għan tagħhom huwa li jżidu r-rappreżentanza tan-nisa u jżidu t-tħaddin demokratiku mingħajr ma jcaħħdu lil ħadd mid-drittijiet tiegħu.
Saħaq li b’din ir-riforma, ħadd m’hu se jieħu post ħadd, għax se jkun hemm rappreżentanti kollha eletti mill-poplu u mhux magħżula minn xihadd ieħor.
Innota li l-pajjiż għhandu bżonn iktar ideat diversi biex f’pajjiżna jkompli jitkattar il-ġid.
Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa’ miftuħa sal-21 ta’ Mejju.