Il-Malta Enterprise nediet tlett inċentivi sabiex jgħinu r-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna.
L-ewwel inċentiv huwa għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp, fejn kumpaniji jistgħu jieħdu tax credits fuq spejjeż diretti jew indiretti fit-twettiq ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp li huma relevanti għan-negozju tal-kumpanija.
It-tieni inċentiv huwa għajnuna innovattiva għal intrapriżi żgħar u medji, li se tippermetti lill-istess intrapriżi jieħdu lura f’tax credits parti mill-ispejjeż marbuta mal-ingaġġ temporanju ta’ professjonisti kwalifikati.
It-tielet inċentiv huwa tax credits għar-riċerka, żvilupp u innovazzjoni, li huwa miftuħ għal dawk il-kumpaniji li jimpjegaw għal tal-inqas tnax-il xahar persuna li għandha jew qed tistudja degree fil-livell ta’ Dottorat fix-xjenza, informazzjoni teknoloġika jew inġinerija.
Dawn tħabbru t-Tlieta filgħodu fiċ-Ċentru Interattiv Esplora, fejn ġiet varata wkoll ir-Research and Innovation Café, li huwa post fejn dak li jkun jista jsib l-għajnuna kollha meħtieġa biex tgħinu fl-intrapriża tiegħu.