Il-Gvern nieda standards soċjali regolatorji ġodda għal anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi u dipendenza għolja bil-għan li jgħixu aħjar. Dawn l-istandards jgħoddu l-aktar għar-residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-fatt li s’issa hija l-unika residenza f’Malta li toffri kura lill-anzjani b’dipendenza għolja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-SCSA stqarr: “Dawn l-istandards b’mod ċar qed jagħtu vuċi b’saħħitha lill-anzjani u qraba tagħhom. Permezz ta’ dawn l-istandards se naraw li kull deċiżjoni li tiġi meħuda l-anzjani tagħhom se jkunu involuti b’mod attiv. L-anzjani, min imexxi s-servizz u l-qrabi qegħdin kollha jaħdmu flimkien biex jgħixu aħjar u jkun hemm aktar valur for money.”
Fil-preżenza ta’ numru ta’ anzjani li jgħixu fiċ-ċentru Rużar Briffa f’San Vinċenz de Paule, Vella laqa’ dan il-pass ‘il quddiem fil-kura tal-anzjani u spjega li bħalissa qegħdin isiru spezzjonijiet biex kull sala tinagħta liċenzja tal-operat.
Spjega li llum il-Gvern qiegħed jalloka €170 miljun fis-sena u qed jipprovdi 5,000 sodda waqt li 30,000 oħra qed jingħataw il-kura fil-komunità.
Tnieda wkoll proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex jinħolqu standards għal madwar 40 dar tal-anzjani.
Il-Ministru għall-Ħarsien Soċjali Michael Falzon laqa’ t-trasforamzzjoni mgħaġġla li saret tul dawn l-aħħar snin fir-residenza San Vinċenz. L-Onor. Falzon sostna: “Din hija istituzzjoni li b’kollox bejn ħaddiema u bejn residenti tiġbor kważi 3,000 ruħ. Sar investiment kbir u llum urejna xi ħġa oħra. Dak li ngħidu nwettquh għedna li rridu l-istandards u se nkunu qed nagħtu l-eżempju aħna. Din turi l-impenn u s-serjeta li għandna bħala amministrazzjoni.”




