Nhar il-ġimgħa jinfetaħ l-istaġun mużikali tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Bl-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qiegħda tħajjar lill-pubbliku sabiex jissieħeb magħha billi jħallas 10 ewro.
Il-Flus mis-sħubija se jmorru kollha għal Malta Community Chest Fund. B’dawk kollha li jkollhom is-sħubija jistgħu jidħlu iħallsu ewro biss għal uħud mill-kunċerti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
“Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali Sigmund Mifsud qal li b’dan il-mod jixtieq li aktar nies isegwu x-xogħol tal-Orkestra Filarmonika.Għandna missjoni li tħajjar aktar nies jesperjenzaw il-mużika klassika. U b’din il-memebrship nagħtu aktar opportunità jissieħbu u jaraw il-kunċerti tal-orkestra”.
Il-Ġimgħa l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tiftaħ l-istaġun mużikali tagħha b’kunċert fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Id-dħul għal dan il-kunċert se jkun b’xejn.
Ic-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għal Belt Valletta Jason Micallef qal li għal darb’oħra l-Belt Kapitali se tkun il-post fejn tospita kunċert bħal dan li jista’ jitgawda mill-pubbliku kollu.
Micallef sostna li “Ngħinu entitajiet kulturali bħalma ħa jkollna nhar il-Ġimgħa. In-nies jidħlu l-Belt u jaraw kunċerti b’xejn huwa l-iskop tagħna li twaqqfet għalih”.
Il-President ta’ Malta George Vella rringrazzja lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ din l-inizjattiva sfiqa biex tħajjar aktar nies jattendu l-attivitajiet tagħha u fl-istess waqt tkun ta’ spalla għall-Malta Community Chest Fund għax-xogħol mill-iktar siewi li qed twettaq.
Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici faħħar din il-kollaborazzjoni speċjalment minħabba li tkompli ssaħħaħ il-firxa ta’ avvenimenti artistiċi u kulturali ta’ dan it-tip li huma disponibbli għall-pubbliku, speċjalment għal kawża ġusta.