Kun int il-ġenitur.
Din hija t-tema tal-websajt ġdida Trobbija Pożittiva, pjattaforma tal-Kumitat Trobbija Pożittiva u Tisħiħ tal-Familja.
F’dan is-sit, il-ġenituri jistgħu jibgħatu diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fuq Facebook Messenger fejn, ser ikun hemm terapista disponibbli li jwieġeb l-messaġġ ta’ kull individwu.
Fiha ser jittellgħu filmati qosra u intervisti li jkunu saru ma’ professjonisti fuq diversi suġġetti. Fost id-diversi temi fil-websajt, se jkun hemm temi li jiltaqgħu magħhom il-ġenituri fit-trobbija tat-tfal.
Is-sit se jkun aċċessibli għat-tfal, adoloxxenti u l-ġenituri. Il-materjal tal-websajt se jkun edukattiv u informattiv. L-għan ewlieni ta’ din il-websajt hi tinbena relazzjon b’saħħitha bejn il-ġemituri u l-ulied.
Dawn id-dettalji tħabbru miċ-Chair Person tal-Positive Parenting Malta , Ruth Sciberras, waqt it-tnedija ta’ din il-websajt ġdida, f’konfereza tal-aħbarijiet. Hi qalet li permezz ta’ din il-websajt, diversi ġenituri se jsibu ħafna għajnuna speċjalment jekk ikunu għaddejjin minn diffikulta’.
Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon. Hu qal li t- tisħiħ tal-familja minn dejjem kien importanti għall-Gvern u li se jkompli jaħdem fil-qasam tal-familja.
Is-sit hija aċċessibbli minn https://positiveparenting.gov.mt/mt/.