Ġiet imnedija s-sitt edizzjoni tal-Premju għall-Arti.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti u Maniġer tal-Proġett għall-Premju għall-Arti, Maria Angela Vassallo, ħabbret li, għall-edizzjoni ta’din is-sena, saru xi bidlieti
Il-kategoriji kompetittivi se jiżdiedu għal 14, b’5 proġetti magħżula għall-aħħar stadju.
Se jirritornaw ukoll tliet kategoriji onorarji mhux kompetittivi.
It-titlu ta’ Ambaxxatur għall-Arti se jkun miftuħ għall-aġġudikazzjoni fl-edizzjoni ta’ wara, li se tkun fl-2025.
Il-proċess ta’ nominazzjonijiet għall-Premju hu bbażat fuq sejħa ta’ nominazzjonijiet, li tista’ssir online fuq www.premju.mt.
Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal din l-edizzjoni hu bejn l-1 ta’ Ottubru 2021 u l-31 ta’ Awwissu, bin-nominazzjonijiet iridu jitressqu sat-22 ta’ Settembru.
Dawk nominati se jiġu kkuntattjati mit-tim tal-Premju għall-Arti.
Aspett ġdid huwa li n-nominazzjonijiet għall-Aqwa Xogħol għal Tfal u Żgħażagħ, L-Aqwa Proġett fil-Komunità, l-Aqwa Kisbiet Internazzjonali, u l-Aqwa Intrapriża Kreattiva u Innovattiva se jgħaddu minn stadju ta’ votazzjoni pubblika, li se jseħħ ukoll fuq www.premju.mt, u jkopri 25 fil-mija tal-marka finali.
Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti, l-Kultura u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, li nieda dan il-premju, qal li dan il-premju huwa mod eċċezzjonali biex jingħata rikonoxximent lit-talent f’dan is-settur
Qal “Il-premjijiet huma mfassla b’mod li lkoll jinċentivaw, u nħeġġu lin-nies biex anke huma jivvutaw lill-artisti u kreattivi li, fil-fehma tagħhom, ħaqqhom li jiġu mogħtija premju, skont il-kategoriji rispettivi.” (15 seconds)
Għal iktar informazzjoni, linji gwida, u biex tinnomina x-xogħlijiet artistiċi favoriti,wieħed jista’ jżur www.premju.mt.
Għal aktar mistoqsijiet wieħed jista’ jibgħat email fuq awards@artscouncil.mt.