Ġiet mnedija sejħa għall-applikazzjonijiet għal Rock’N Malta 2024.
Din l-iskema għandha l-għajn li tgħin finanzjarjament lill-artisti u organizzaturi ta’ avvenimenti tal-mużika rock, u s-sottoġeneri kollha tagħha.
B’kollox qed jiġu allokati total ta’ €300,000 f’fondi.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Frans Agius qal li Permezz ta’ Rock’N Malta, Festivals Malta tista’ tkun ta’ sapport lill-artisti lokali, organizzaturi u dawk li jippromwovu avvenimenti tax-xena mużikali rock.
Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra saħaq li permezz ta’ din l-inizjattiva l-aġenzija tista’ tilħaq wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha; li tipprovdi opportunitajiet lill-artisti lokali biex jesponu x-xogħol tagħhom
Min-naħa tiegħu l-Ministru Bonnici qal li din l-inizjattiva, li ġiet imnedija lura fl-2017, irnexxielha tikseb popolarità ma’ diversi produtturi u organizzaturi lokali, li permezz ta’ dawn il-fondi, irnexxilhom jtellgħu kunċerti ta’ kalibru għoli li jesponu x-xogħol ta’ diversi artisti u gruppi lokali, kif ukoll artisti internazzjonali tal-ġeneru rock bħal Lordi, Barclay James Harvest, Dream Theatre, Krokus, Steve Hackett u ħafna aktar.