Dalgħodu ġiet imnedija kampanja sabiex tinkoraġġixxi lil kull min qed joffri akkomodazzjoni turistika jkun liċenzjat.
Matul is-sena li għaddiet 31% tat-turisti li żaru pajjiżna ġew akkomodati f’akkomodazzjoni privata li jinkludu appartamenti, villel, djar u farmhouses.
L-MTA investigat 424 propjetà f’Malta u Għawdex li dehru fuq booking portals mingħajr ma kienu liċenzjati. L-MTA rnexxielha tieħu 77 azzjoni legali kontra operaturi li nstabu joperaw postijiet għall-btala f”Malta u Għawdex mingħajr ma kienu fil-pusses ta’ liċenzja.
L-għan ta’ din il-kampanja hu li jiġi żgurat li l-propjetajiet ikunu tassew ta’ livell tajjeb u xieraq u jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi turistiċi.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis spjega kif il-Gvern diġà beda jieħu diversi inizjattivi għal dan il-għan. Fil-fatt il-Gvern naqqas it-taxxa tad-dħul fuq propjetajiet li huma liċenzjati bħall-postijiet għall-btala minn 35% għal 15%.