Fil-jum dinji ddedikat għall-ħarsien tal-baħar tnediet kampanja nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu biex titqajjem kuxjenza dwar l-użu tal-plastik li jintuża darba biss.
Din il-kampnja tħeġġeġ lill-pubbliku biex meta jmur jgħum jieħu miegħu flixkun li jsta’ jerġa’ jintuża, ma jużax tazzi, pożati u basktijiet tal-plastik u jarmi l-loqom tas-sigaretti f’kontenituri apposta.
Wieħed mill-ambaxxaturi ta’ din il-kampanja, Owen Bonnici saħaq li l-kampanja tinkludi inizzjattivi li jistgħu jħallu impatt pożittiv fuq l-ibħra tagħna kif ukoll fuq ħajjet il-Maltin.
“Prattikament kul wieħed u waħda minnha nibdew imbidlu drawwiet tagħna, drawwiet sempliċi ta’, flok nieħu ħobż miegħi fil-baħar imdawwar fil-cling-film, nieħdu ġo borża tal-karti jew ġo container li nista nieħdu miegħi dar. Bħal dawn hemm ħafna, pass pass dan is-sajf ħa nagħmlu differenza għax ix-xogħol tagħna huwa li nwasslu l-messaġġ li nies ta’ hemm barra sabiex kull wieħed u waħda minha jagħmel bidliet żgħar fid-drawwiet tiegħu.”
Il-midja soċjali se tkun pjattaforma biex jitwassal il-messaġġ ta’ din il-kampanja, bil-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia spjega li din is-ena, tunnellati kbar ta’ plastik se jispiċċaw fil-baħar minħabba prattiċi ħżiena ta’ rimi.
Qal li dan jammonta għal 80% tal-iskart kollu li jakkumula fuq il-bajjiet u fl-ibħra Ewropej.
“Din hija tieni edizzjoni din is-sajf, u b’hekk se nagħmlu ħidma kbira ta’ tagħrif u allura clean-up campaigns biex inwasslu il-messaġġ tagħna biex il-publiku inġenerali l-familji jistgħu jagħmlu użu differenti min single-use plastic,” saħaq Dr Farrugia.
Huwa saħaq li tul is-sena li għaddiet, inġabru madwar ħamsa u għoxrin kilogramma ta’ filters tas-sigaretti waqt ħames attivitajiet ta’ għarfien fuq bajjiet ta’ tlett siegħat.