Illum ġiet imnedija d-disa’ edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.
Maratona li ssir ta’ kull sena u l-flus li jinġabru jgħinu fl-operat tad-dar u investiment ieħor.
Is-sena li għaddiet mill-Maratona tal-Volleyball inġabru kważi nofs miljun ewro. Flus li ntużaw biex fost l-oħrajn saret pixxina terapewtika.
Apparti minn hekk sar ukoll titjib infrastrutturali f’waħda mis-swali grazzi għall-Marigold Foundation.
Fit-tnedija mart il-Prim Ministru u Chairperson ta’ Marigold Foundation, Michelle Muscat, faħħret is-sehem u l-ħidma tad-Dar tal-Providenza u appellat għall-ġenoriżità tal-pubbliku.
Il-maratona se tkun qed issir bejn it-30 u 2 ta’ Lulju.