Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo nieda l-programm eBiznify. Din hija pjattaforma li tista’ sservi t’għodda għan-negozji sabiex jaddattaw in-negozji tagħhom skont l-esigenzi matul din il-pandemija mingħajr ma jidħlu fi spejjeż żejda.
Huwa spjega: “B’investiment ta’ madwar 40 elf ewro u b’mira li jkollna madwar sittin student illi jipparteċipaw f’dan il-programm qed naraw kif nagħtu l-ħtiġijiet lin-negozji sabiex ikunu jistgħu anke jimpruvjaw dejjem iżjed in-negozju tagħhom.”
Ebiznify ser jitwassal b’kollaborazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni u l-Fondazzjoni għall-ħiliet teknoloġiċi.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni Jesmond Bugeja tenna li ser ikunu qed jingħataw lezzjonijiet online b’kontenut prattiku dwar it-taħriġ fuq it-teknologija fil-kummerċ elettroniku, kif ukoll kif tippromovi n-negozju tiegħek online.
Dawk li huma nteressati isegwu il-programm eBiznify, jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw online fuq is-sit ebiznify.com