Il-prinċep George sar uffiċjalment l-iktar passiġġier ta’ helikopter gustuż, meta żar ir-Royal Airforce Station f’ Gloucestershire, L-Ingilterra, flimkien ma ommu u missieru fi tmiem il-ġimgħa.
Il-familja rjali żaret dan l-istazzjon bħala parti mir- ‘Royal International Air Tattoo’ li hija parti mill-akbar air show militari fid-dinja. F’dan l-avveniment kien hemm 247 ajruplan differenti u l-għan tiegħu kien li jinkoraġixxi aktar żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fis-settur tal-avjazzjoni.
Il-Prinċep William, bla dubju, kellu biżżejjed informazzjoni biex ifiehem lil ibnu George dwar dawn l-ajruplani, dan għaliex huwa gradwa mir-Royal Air Force fis-sena 2010.
Iżda bla dubju, l-ebda helikopter ma seta’ jwaqqaf lil Prinċep George milli jieqaf jibki. Ma nafux eżatt ir-raġuni wara dan il-biki u paniku kollu, l-unika ħaġa li nafu hi li tfal tal-eta’ tiegħu, jibku spiss.
F’din is-sitwazzjoni ħelwa, imnalla kienet il-prinċipessa Kate biex tikkalma liċ-ċkejken George fejn rajniha tkellem u tgħannaq lil ibna biex jieqaf jibki.