Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li m’għandu ebda problema jidher quddiem il-Kumitat Pana. Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew qed jinvestiga l-Panama Papers.
Muscat qal li l-istedina saret issa b’intervent tal-Partit Nazzjonalista. Se jaċċetta l-istedina u jidher meta joħroġ ir-riżultat tal-inkjesta u juri li Simon Busuttil gideb fil-konfront tiegħu.
Isma x’qal il-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għat-talba tal-Kumitat biex jidher quddiemha.