Iż-żewġ imgħallmin ta’ żagħżugħ li tilef ħajtu f’inċident fuq ix-xogħol seba’ snin ilu ġew immultati €5,000 kull wieħed.
Andre’ u Simon Zahra ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom hekk kif il-vittma Matthew Coleiro kien miet wara li spiċċa mgħaffeġ taħt folji tal-irħam.
Iż-żagħżugħ kien miet waqt li kienu qed jinħatt xi irħam minn trakk għal ġo maħżen.
F’ħin minnhom l-irħam għeleb fuq ġenb tat-trakk u qabad liż-żagħżugħ taħtu. Il-Qorti argumentat li minħabba l-piż tal-irħam kellu jinġieb high-up biex jerfa’ l-irħam.
Apparti ż-żewġ imgħallmin, ix-xufier tat-trakk Dennis Bonnano ġie wkoll immultat €500.