Maria Farruiga ġiet ikkundannata tħallas multa ta’ erbat elef ewro wara li nstabet ħatja li darbet żewġ uffiċjali tal-pulizija waqt argument fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.
Farrugia marret l-għassa mas-sieħba tagħha flimkien ma’ persuna oħra li ntalbet tmur l-għassa tal-pulizija.
Madankollu hekk kif il-pulizija qalulha li kellha tistenna barra peress li ma kellhiex x’taqsam mal-kwistjoni, inqala’ argument bejha u l-uffiċjali fl-għassa.
L-argument tant eskala li l-mara tat daqqa ta’ ponn fuq għajn pulizija mara waqt li uffiċjal tal-pulizija ieħor ġarrab xi grif f’għonqu.
Il-mara wieġbet ħatja tal-akkużi li nġiebu kontriha fosthom li attakkat lill-uffijċali tal-pulizija, li rreżistiet l-arrest, li darbet ħafif l-uffiċjali tal-pulizija, li insultathom u heddithom, li kellmithom ħażin u li m’obdietx l-ordnijiet li tawha.
L-Ispettur tal-Pulizija Lara Butters qalet lill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li tul l-investigazzjonijiet dwar l-inċident, il-mara kkoperat mal-pulizija u li l-ġrieħi li ġarrbet kienu minimi.
Fid-dawl tal-fatt li l-mara wieġbet ħatja fi stadju bikri tal-proċeduri u l-fatt li ġrieħi kienu ta’ natura minima, iddikjara li l-mara ħatja u ordnatilha tħallas multa ta’ erbat elf ewro.