Valerio Mignozzi, ta’ 36 sena, minn Ruma ġie mmultat €1,300 wara li rnexxielu jivvjaġġa bl-ajru lejn Malta b’permess ta’ residenzja Malti minkejja li kien ġie infurmat li mhux permess li jivvjaġġa mingħajr dokument validu tal-ivvjaġġar.
Mignozzi, li qbel kien jaħdem Malta, kien f’pajjiżna fi tmiem il-ġimgħa u vvjaħħa billi ppreżenta l-permess tar-residenza Malti tiegħu lill-awtoritajiet Taljani fl-ajruport. Fil-Qorti ntqal li d-dokument kien wieħed validu u legali u li l-awtoritajiet Taljani ma waqqfuhx fi triqtu lejn Malta.
Meta mbagħad kien sejjer lura l-Italja bl-ajru, rappreżentanta fl-ajruport ta’ Malta qaltlu li d-dokument tar-residenza waħdu ma kienx validu biex jivvjaġġa bih. Madanakollu, irnexxielu saħansitra jidħol man-nies u jasal sa fuq l-ajruplan. Hemmhekk, membri tal-ekwipaġġ talbuh jinżel minn fuq l-ajruplan u ttieħed mill-Pulizija.
Hu wieġeb li hu ħati u ngħata multa li jrid iħallasha qabel jitlaq minn Malta.