Anand Rajesh Ganatra, turist ta’ 33 sena mir-Renju Unit ammetta li sfronda tieqa t’ajruplan tal-linja naazzjonali, KM Malta Airlines, b’daqqa ta’ ponn u konsegwentament ġie mmultat €3,000 u ġie ordnat iħallas €2,125 fi ħsarat lill-istess linja tal-ajru.
Il-każ seħħ abbord titjira minn Londra għal Malta, waqt li l-ajruplan kien għaddej minn fuq l-Alpi – wara li passiġġier ieħor waddablu xi ħaġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti, huwa qal li din kienet l-aktar ħaġa stupida li għamel f’ħajtu, u li ddispjaċih, hekk kif ma kinitx l-intenzjoni tiegħu li jagħmel il-ħsara.