Raġel ta’ 36 sena mill-Maċedonja tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ vjolenza domestika.
Meta ġie mistoqsi dwar ir-rappreżentanza legali tiegħu mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Strafrace, l-imputat beda jargumenta b’mod verbali mal-Maġistrat u għamel mossi mhux xierqa fl-awla tal-Qorti.
Shojlev Dragan, li jgħix ir-Rabat Għawdex ġie mixli li kkawża tbatija psikoloġika lill-eks sieħba tiegħu billi allegatament heddidha b’mod verbali u fuq siti soċjali, u kien ta’ fastidju kontinwu għaliha.
Il-Pulizija talbet il-protezzjoni għall-vittma u t-tfal li għandha mal-imputat.
Is-seduta ġiet posposta għal ġurnata oħra minħabba l-imġiba mhux xierqa tal-akkużat, li għaliha ġie mmultat €500.