Il-Qorti tal-appell bidlet id-deċiżjoni tagħha fil-konfront Eugenio Agius li f’Awwissu tal-2006 instablu xorb alkoħoliku bla dazju.
Agius kien ġie lliberat wara li l-Ewwel Qorti ma sabitux ħati f’Lulju tal-2017.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, intqal li lil Agius instabulu 113-il flixkun whiskey ta’ litru wara spezzjoni minn uffiċjali tad-Dwana. It-tfittxija saret fir-Ramla Lodge Hotel f’Wied il-Għajn.
Il-Qorti nnutat kif fl-ewwel sentenza li ngħatat, naqsetli tordna l-konfiska tax-xorb misjub.
Intqal, li din l-ordni trid issir anki jekk l-imputat ma jinstabx ħati. Il-Qorti tal-Appell biddlet id-deċiżjoni fil-konfront ta’ Agius ukoll għax qalet li r-raġel kien jaf li fuq ix-xorb ma kinux tħallsu t-taxxi dovuti.
L-imħallef immulta lill-akkużat iktar minn erbat elef u seba’ mitt ewro.