Kaptan Eġizzjan ta’ dgħajsa ta’ żewġt’ aħwa Maltin kien immultat is-somma ta’ €3,000 wara li ma kellux l-liċenzja tas-sajd abbord il-bastiment.
Dan filwaqt li l-aħwa Mario u Anthony Azzopardi, li jmexxu kumpanija tal-ħut, ġew illiberati minn akkużi relatati ma’ regolamenti tas-sajd.
Il-Qorti ordnat biex il-ħut li nqabad abord il-bastiment ikun ritornat lill-kumpanija.