Raġel kien immultat €2,300 wara li nqabad jarmi barra fl-inħawi ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla ftit tal-jiem ilu.
Ritratt li rċieva one.com.mt juri ċar li minkejja li r-raġel kellu l-faċilitajiet kollha biex jarmi l-iskart tiegħu għażel li jarmi fit-triq. Ir-reat sar fit-13 ta’ Settembru li għadda, bir-raġel ikun immultat €2,300 ta’ dan.
Riċentamenti kien imħabbar li se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-barumbara f’San Ġwann t’Għuxa. Din il-barumbara hija binja antika li l-Bormliżi antiki jirrakkontaw kif dejjem jafuha hemm u tkun ħasra jekk tintilef.