Neville Abela ta’ 34 sena mill-Marsa ġie mmultat €1,200 wara li ammetta li ħaqar kelb li kien jgħix fil-proprjetà tiegħu.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Abela ammetta li f’Mejju ta’ sentejn ilu ġiegħel lill-kelb isofri tbatija mingħajr bżonn.
Fil-Qorti ngħad li fi spezzjoni li saret mill-uffiċjali tal-ħarsien tal-annimali, il-kelb instab għadma u ġilda.