Tmintax-il immigrant ammettew fil-Qorti li kkawżaw eluf ta’ ewro fi ħsara waqt rewwixta fiċ-ċentru ta’ Ħal Far l-Erbgħa li għadda.
L-Avukat tal-għajnuna legali Martin Fenech qal kif l-immigranti kkoperaw mal-pulizija u stqarr li wieħed irid jagħmel differenza bejn protesta u rewwixta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tat sentenza sospiża ta’ priġunerija skont il-ħsara li kkaġunaw. Is-sentenza tvarja bejn sena priġunerija sospiża għal tliet snin u 22 xahar priġunerija sospiżi għal erba’ snin.