Tliet immigranti li jinsabu abbord dgħajsa f’territorju Taljan mhux qed jitħallew jiddaħħlu Lampedusa. Dan hekk kif l-Italja qed tirrifjuta li jidħlu.
Minn informazzjoni miksuba minn One News jidher li Malta mhux qed taċċetta li ġġib lill-immigranti f’Malta hekk kif dawn ma segwewx ir-regolamenti internazzjonali.
Huma jinsabu aktar viċin ir-reġjun ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Lampedusa u mhux dak ta’ Malta. L-operazzjoni kienet qed tiġi kkordinata mill-Italja.
Il-Forzi Armati ta’ Malta sostnew li huma rċevew talba biex numru ta’ membri tal-ekwipaġġ li jinsabu abbord id-dgħajsa jinġiebu Malta, dan sabiex jaqbdu titjira lura lejn pajjiżhom.