Grupp żgħir immigrant miżmuma fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal safi ssoktaw bil-protesti tagħhom bil-għan li jingħataw il-ħelsien.
Il-protesta bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar meta grupp ta’ rġiel li qegħdin ifittxu l-ażil, telgħu fuq is-saqaf taċ-ċentru ta’ detenzjoni b’għadd ta’ strixxuni f’idejhom u bdew jitolbu li jingħtaw il-libertà.
Fuq strixxun minnhom l-immigranti kitbu li ilhom miżmuma fiċ-ċentru tad-detenzjoni għal mija u tnejn u tletin jum.
Fuq il-post inbagħtu bosta servizzi tal-ordni biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, fosthom pulizija, uffiċjali tas-servizzi ta’ detenzjoni u membri tal-protezzjoni ċivili b’ekwipaġġ tat-tifi tan-nar.