Il-kumpanija tal-ajru AIRMALTA kellha ‘immigrant’ speċjali. Dan hekk kif irnexxielha tagħti ħajja ġdida lil kelb li għandu saqajh ta’ wara paralizzati.
Dan il-ġest kien deskritt bħala wieħed mill-isbaħ, hekk kif wara li Maria D’Amato, li salvat numru ta’ klieb mit-toroq maltin u taħdem bla heda biex klieb abbandunati jingħataw tama ġdida, sabet il-kelb li jidher fir-ritratt, bl-isem ta’ Fulu.
Grazzi għas-santwarju tal-annimali Island Sanctuary dan il-kelb sab familja li kienet lesta li tieħu ħsiebu minkejja l-problemi ta’ saħħa li għandu . Iżda din il-familja ma kinitx waħda Maltija, lil dan il-kelb riedet taddottah familja li tgħix fil-Ġermanja.
Kien propju hawnhekk, li l-Air Malta għamlet minn kollox biex dan il-kelb ikun jista’ jagħmel il-vjaġġ tiegħu li kellu jwasslu għal ħajja aħjar.
Filfatt, ilbieraħ wara nofsinhar dan il-kelb kien fuq it-titjira KM328 li telqet minn pajjiżna għal Frankfurt. Dan kien ġest deskritt mill-bosta bħala wieħed mill-isbaħ, liema ġest għalih l-Airmalta rringrazzjat lill-aġenti tal-merkanzija NAS (Network Airline Services).
Dan huma ritratti mill-vjaġġ ta’ dan il-kelb: