Immigrant mis-Somalja li huwa residenti fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa nżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti mixli li laqat Somalu ieħor b’ġebla.
Il-każ imur lura għat-tlettax ta’ Lulju li għadda ġewwa l-grawnd fiċ-ċentru miftuħ. Fil-Qorti ġie spjegat li l-vittma sofra ġrieħi gravi f’wiċċu.
Intant l-imputat, Abdiaziz Anis Abdulahi anki qed jiffaċja akkuża li sar reċediv iżda quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli huwa wieġeb mhux ħati.