Raġel mill-Ghana ta’ 38 sena ntbagħat sena ħabs u ġie mmultat €800 wara li ammetta li seraq mobile u karta tal-€20 minn mara Maltija f’Paceville. Huwa kien akkużat ukoll li attakka lil żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kien xurban.
Jidher ukoll li Haruna Musa insulta lil żewġ uffiċjali tal-Pulizija waqt l-arrest fl-għassa ta’ San Ġiljan, darabhom ħafif, u m’obdiex l-ordnijiet tagħhom. Huwa kien ukoll xurban u ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu innifsu fil-pubbliku.
Il-Qorti qalet li l-influwenza tax-xorb mhix skuża biex wieħed jikse il-liġi, u min jikkometti xi reat waqt li jkun xurban għandu jwieġeb għal għemilu xorta waħda.
Haruna Musa ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ sena ħabs u multa ta’ €800. Il-Qorti ordnat ukoll li jintbagħat lura l-Ghana wara li jservi s-sentenza ħabs.