Fit-toroq tal-Belt Valletta lbieraħ ttella’ l-Pride March li jsir ta’ kull sena f’pajjiżna sabiex tiġi ċċelebrata d-diversità, l-ugwaljanza u l-kisbiet li saru fejn jidħlu d-drittijiet ċivili.
Fost il-mijiet li pparteċipaw fil-Pride March kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg ipparteċipaw.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din is-sena ġie mmarkat l-għoxrin anniversarju mill-ewwel Pride March f’Malta.
Ta’ min ifakkar kif mill-2013, meta l-Partit Laburista ħa t-tmun tal-pajjiż f’idejh, bdew riformi kbar fil-qasam tal-ugwaljanza u l-persuni LGBTIQ+ li wasslu biex jingħatalhom dak li qabel kien biss ħolma.