Immaġinak torqod siegħa inqas illejla biex tifranka l-enerġija!
Hekk ser jagħmlu n-nies tal-Venezuela. L-ordni biex iressqu l-arloġġ lura llejla ġiet mill-President Nicolas Maduro, bħala parti mill-miżuri biex ikampaw ma’ provista dgħajfa ħafna tal-elettriku.
Il-Gvern diġa’ ordna blackouts u naqqas l-ammont ta’ siegħat ta’ ħidma għal ħaddiema fis-settur pubbliku – dawn qed jaħdmu biss jumejn fil-ġimgħa!
Maduro jinsisti li l-kriżi fl-enerġija ġejja mill-fatt li l-pajjiż għaddej minn nixfa kbira. In-nuqqas ta’ xita tfisser li nixfet is-sistema tal-ilma li biha jiġi ġenerat l-elelttriku. Dawk li jikkritikawh jemmnu li l-kriżi fl-elettriku ġejja minn nuqqas ta’ għaqal fil-mod kif jiġi amministrat is-settur tal-enerġija.